Il-Missjoni tal-Knisja PDF Print E-mail
Mill-pinna ta' l-Arċipriet
Written by Arċipriet   
Thursday, 19 November 2009 10:39

Gheziez Parroccani u Hbieb,

Il-missjioni primarija tal-Knisja hija dik li ixxandar il-Vangelu, li huwa il-Kelma tal-Alla, il-verità fuq l-istorja tal-bnidem. Dan kollu irid iservi biex kull nisrani jkun jista ikollu formazijoni u maturità religiusa.

Però tidher ħaġa stramba li f’pajjisna in‐nies fil‐maġġoranza tagħhom tmur il‐knisja u mbagħad tisma’ li hawn ħafna injoranza reliġjuża. Veru wkoll li l‐knejjes tagħna spiss ikunu mimlija bin‐nies, u imbagħad tara ħafna diviżjonijiet u firda bejnietna. Dan kollu aktarx għax veru li aħna lkoll insara għax imgħammdin, però l‐fidi ta’ ħafna minna m’hijiex matura biżżejjed.

Il-lum jinħass il‐bżonn għalhekk ta’ Formazzjoni Xierqa u Adegwata għal żminijietna. Din l‐esiġenza jew dan il‐bżonn ilu ħafna jinħass mal‐knisja fid‐dinja kollha, u għalhekk f’dan l‐aħħar żmien il‐knisja f’Malta u Għawdex qegħda tagħmel minn kollox biex l‐Formazzjoni Nisranija tkun waħda mill‐prijoritajiet tal‐ħidma tagħha.

Ftit xhur ilu ahna kellna l‐okkażjoni sabiħa tal‐Missjoni Djoċesana fejn stajna nifhmu aktar kemm hemm bżonn ta’ din il‐Formazzjoni permanenti fil‐ħajja tal‐parroċċa tagħna. Fil‐Parroċċa tagħna tagħna diġa hawn laqgħat ta’ katekeżi għall‐kbar bħalma huma l‐Neo‐Katekumenali u l‐Lectio Divina.

Jiena min naħa tiegħi nara li hawn bżonn ukoll ta’ forma differenti oħra ta’ katekeżi għall‐kbar li tieħu forma ta’ mixja ta’ fidi f’dimensjoni ta’ Komunità Ewkaristika. Il-Parrocca taghna ser taghmel laqghat ta’ Katekesi ghall-Koppji u ohrajn. Dan jikkonsisti b’mod gdid kif wiehed jisma’ il-Kelma ta’Alla u jifhem aktar it-taghlim tal-Kotba Imqaddsa.

Għalhekk l‐appell tiegħi huwa għal:

  • kull persuna li tħossha li għandha bżonn li tkun taf aktar min huwa Ġesù Kristu...
  • kull individwu li jixtieq isib aktar sens fil‐ħajja tiegħu...
  • kull koppja li tixtieq li tissaħħaħ aktar fl‐armonija tal‐familja tagħha...
  • kull koppja li qegħda fi żmien ta’ xi diffikultà partikolari...
  • kull żagħżugħ/a li jixtieq jikber aktar fil‐fidi...

Biex tieħu sehem fil-katekeżi kontinwa li l-parroċċa taghna qegħda toffri:

LECTIO DIVINA – Tkompli fir-4 sena tagħha!

  • Mibnija fuq it‐tifsir tal‐Liturġija tal‐Kelma tal‐Ħadd.
  • Titmexxa mill‐Vigarju Parrokkjali Fr Joseph Sultana.
  • Tinżamm fil‐Katidral kull nhar ta’ Tlieta fit‐7.45p.m.

KATEKEŻI ĠDIDA - KOMUNITÀ EWKARISTIKA

  • Smigħ tal‐Kelma t’Alla taħt forma ta’ mixja ta’ fidi.
  • Tinbena u tifforma Komunità Ewkaristika.
  • Titmexxa minni, l‐Arċipriet, flimkien ma’ xi katekisti.
  • Kull nhar il‐Ġimgħa fit‐8.00p.m. fl‐annexe tal‐Katidral.

Jiena nahseb li l-partecipazjioni ghal dawn il-laqghat ta’ Katekesi tal-Adulti tista’ tkun ta’ gid ghall-familja kollha taghkom. Inheggigkom ma titilfux din l-okkazjoni, li l-parrocca taghna qed taghmel.

Santa Marija kienet esperta fis-smieh tal-kelma ta’ Alla. Jalla, bl’intercessjioni taghha, ahna ilkoll inkunu nistghu niggustaw is-smieh tal-Kelma t’Alla. Dan jista ikun ukoll mod iehor kif nikbru aktar bhala Kommunita’ Parrokkjali.

Nistennikom.

Il Paci maghkom.

Mons. Arċipriet