Lejliet il-Festa PDF Print E-mail
Aħbarijiet
Written by Uffiċċju Parrokkjali   
Saturday, 15 August 2009 00:19

Għaddew il-jiem tat-Tridu, u nistgħu ngħidu li wassalna għall-aħħar siegħat ta qabel il-jum għażiż tal-Għid tal-Assunta. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa mill-Vigarju Ġenerali u Arċidjaknu tal-Knisja Katidrali Mons Giovanni Bosco Gauci bis-sehem tal-Kapitlu Katidrali, fejn fi tmiem il-quddiesa ġie intonat il-TE DEUM b’radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-Kwindiċina ad unur ta’ Santa Marija. Wara fl-10:00am ġiet iċċelebrata quddiesa għat-tfal kollha tal-parroċċa minn Mons Arċipriet, fejn nistgħu ngħidu li l-attendenza kienet waħda sabiħa ħafna, wara l-quddiesa t-tfal tal-parroċċa niżlu b’marċ lejn il-Każin tal-Banda Leone iżommu l-Bandiera tal-istess Soċjetà, fejn wara kienu mistiedna għar-repo.

Mat-tokki ta’ nofsinhar il-Knisja Kattolika daħlet fis-Sollenita Liturġika tat-Tlugħ fis-sema ta’ Marija Assunta, għalhekk filgħaxija l-Eċċellenza Tiegħu Mons Isqof Mario Grech flimkien mal-Kapitlu Katidrali u l-Presbiterju Parrokkjali mexxa t-Translazzjoni bir-Relikwija tal-Madonna. Il-Kant waqt din iċ-ċelebrazzjoni kienet afdata f’idejn il-Maestro di Cappella Colin Attard. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni ngħata l-Barka Sagramentali mill-Vigarju Ġenerali u Arċidjaknu tal-Katidral Mons Giovanni Bosco Gauci. Fit-8:00pm Mons Arċipriet mexxa quddiesa solenni tal-Vġili tal-Assunta.