Aħbarijiet

Aħbarijiet u Avvenimenti mill-Parroċċa tal-Katidral.

Biex tara ċertu items jista' jkollok bżonn l-Adobe Acrobat Reader.
Dan tista' tinstallah billi tikklika hawn.

 



Lejliet il-Festa PDF Print E-mail
Aħbarijiet
Written by Uffiċċju Parrokkjali   
Saturday, 15 August 2009 00:19

Għaddew il-jiem tat-Tridu, u nistgħu ngħidu li wassalna għall-aħħar siegħat ta qabel il-jum għażiż tal-Għid tal-Assunta. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa mill-Vigarju Ġenerali u Arċidjaknu tal-Knisja Katidrali Mons Giovanni Bosco Gauci bis-sehem tal-Kapitlu Katidrali, fejn fi tmiem il-quddiesa ġie intonat il-TE DEUM b’radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-Kwindiċina ad unur ta’ Santa Marija. Wara fl-10:00am ġiet iċċelebrata quddiesa għat-tfal kollha tal-parroċċa minn Mons Arċipriet, fejn nistgħu ngħidu li l-attendenza kienet waħda sabiħa ħafna, wara l-quddiesa t-tfal tal-parroċċa niżlu b’marċ lejn il-Każin tal-Banda Leone iżommu l-Bandiera tal-istess Soċjetà, fejn wara kienu mistiedna għar-repo.

Read more...
 
Tridu Mqaddes PDF Print E-mail
Aħbarijiet
Written by Uffiċċju Parrokkjali   
Tuesday, 11 August 2009 00:12

Nhar it-Tlieta, 11 ta’ Awwissu, il-Parroċċa tagħna bdiet l-aħħar jiem ta’ preparazzjoni bi tħejjija għal festa solenni ad unur tal-Omm tagħna tas-sema Santa Marija. Din is-sena l-predikazzjoni tat-Tridu saret mill-Wisq Reverendu Provinċjal tal-Agostinjani Patri Luċjan Borg OSA. Din is-sena, il-quddisiet tat-Tridu ġew iċċelebrati mis-saċerdoti li qegħdin jiċċelebraw l-anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom, fosthom Dun Ġwann Muskat (Kappillan tal-Kor) li qed jiċċelebra l-25 anniversarju tiegħu. Mons. Rużar Borg li qed jiċċelebra l-50 anniversarju, u Mons Dekan Anton Gauci li qed jiċċelebra s-60 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Aħna minn qalbna nirringrazzjawhom tal-ħidma tagħhom b’risq il-Knisja Katidrali.

Read more...
 
Jum iż-Żgħażagħ u l-iSportivi PDF Print E-mail
Aħbarijiet
Written by Uffiċċju Parrokkjali   
Monday, 10 August 2009 11:37

Nhar il-Ħadd, 9 ta’ Awwissu, il-komunità parrokkjali ċċelebrat jum iż-żgħażagħ u l-isportivi. Fl-10:30am ġiet ċċelebrata quddiesa minn Patri Marcello Ghirlando OFM bis-sehem tad-diversi għaqdiet taż-żgħażagħ fi ħdan il-komunità parrokkjali u s-Soċjetà Leone. Fi tmiem il-quddiesa Mons Arċipriet qasam it-tazzi lill-aħjar players tal-SK Victoria Wanderers.

Read more...
 
Velja ta' Santa Marija PDF Print E-mail
Aħbarijiet
Written by Uffiċċju Parrokkjali   
Saturday, 08 August 2009 00:07

Hienja dik li emmnet...Din kienet it-tema tal-Velja li ċċelebrat l-komunita parrokkjali tal-Katidral fil-misraħ ewlenija tal-Katidral nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Awwissu 2009. Iċ-ċelebrazzjoni bdiet għal ħabta tat-8:15pm. Għal din iċ-ċelebrazzjoni ta’ talb u tifħir ġieħ Marija Assunta kien hawn madwar 500 mitt ruħ fosthom anke l-Eċċellenża Tiegħu Mons Isqof Mario Grech, flimkien mas-segretarju tiegħu Dun Edward Zammit.

Read more...
 
It-Tielet Jum tal-Kwindiċina PDF Print E-mail
Aħbarijiet
Written by Uffiċċju Parrokkjali   
Sunday, 02 August 2009 14:23

Dalgħodu fil-Katidral il-parroċċani assistew għal ħruġ tal-istatwa devota u artistika ta’ Santa Marija minn niċċa. Għal ħabta tal-10:00am l-Arċipriet mexxa quddiesa għal komunità parrokkjali li kienet animata mis-sur Mario Caruana.

Read more...
 
More Articles...
<< Start < Prev 1 2 3 4 Next > End >>

Page 3 of 4