Aħbarijiet

Aħbarijiet u Avvenimenti mill-Parroċċa tal-Katidral.

Biex tara ċertu items jista' jkollok bżonn l-Adobe Acrobat Reader.
Dan tista' tinstallah billi tikklika hawn.

 



L-Esperjenza Tiegħi Ġewwa l-Vatikan PDF Print E-mail
Aħbarijiet
Written by Luke Grech   
Sunday, 30 August 2009 23:16

Ftit tal-jiem ilu kelli x-xorti kbira li mmur naqdi dmirijieti ġewwa il-Vatikan. Dawn il ġranet żgur li kienu uniċi u ta’ esperjenza. Ħadt gost ħafna waqt il funzjonijet kollha iżda l-aktar li laqtuni kienu dawk tal-festa ta Santa Marija. Esperjenza oħra li laqtitni ħafna kienet iċ-ċerimonja tal-vestizzjoni.

Read more...
 
Esperjenza li ma ninsieha qatt PDF Print E-mail
Aħbarijiet
Written by Matthew Azzopardi   
Wednesday, 26 August 2009 16:39

L-Esperjenza ta’ Matthew Azzopardi fil-Belt tal-Vatikan

Nhar is-7 ta’ Awissu sebaħ il-jum li fih kelli nsiefer lejn Ruma sabiex nqatta ħmistax–il ġurnata nservi ta’ abbati fil-Bażilika ta’ San Pietru. Konna grupp ta’ dsatax, erba’ Għawdxin u l-bqija Maltin. L-Għawdxin l-oħra kienu Luke Grech mill-Knisja tal-Kapuċċini, Andrew Mizzi mill-paroċċa ta’ Kerċem u Paul Parnis mill-paroċċa tal-Munxar. Biex wieħed jintgħażel kellu jagħmel eżami speċjali u wara jattendi għal seba’ laqgħat f’Malta.

Read more...
 
Dħul Solenni ta’ Santa Marija fin-Niċċa tagħha PDF Print E-mail
Aħbarijiet
Written by Uffiċċju Parrokkjali   
Tuesday, 25 August 2009 16:02

Festa ta’ Sidtna Marija Nkurunata Reġina tas-Sema u l-Art u d-Dħul Solenni ta’ Santa Marija fin-Niċċa tagħha.

Il-komunità parrokkjali reġgħet nġabret madwar Ommna Santa Marija fil-jum tal-festa tagħha bħala Reġina tas-sema u l-art, biex flimkien stajna nroddu ħajr lil Alla tal-festa sabiħa li għamilna ad unur tagħha. Waqt il-quddiesa tas-7:15pm Mons Arċipriet wassal xi riflessjonijiet fuq il-misteru tal-imħabba t’Alla li għażel lil Ommna Marija bħala Sultana tagħna. Flimkien ma’ Mons Arċipriet kienu preżenti żewġ kappillani Rumani li apprezzaw d-devozzjoni kbira li għandna lejn Santa Marija. Fi tmiem il-quddiesa Mons Arċipriet għamel l-evaluazzjoni tiegħu dwar l-andament tal-festa.

Read more...
 
L-Għid ta' l-Assunta PDF Print E-mail
Aħbarijiet
Written by Uffiċċju Parrokkjali   
Sunday, 16 August 2009 00:16

Il-ġurnata tal-Għid tal-Assunta ġġib magħha ħafna xogħol kif ukoll mijiet ta’ eluf ta’ nies li jzur dan il-Maqdes Ewlieni tal-Gzira sabiex jiċċelebraw l-Ewkaristija u jsellmu lil Ommna tas-Sema fil-Katidral tagħha. Il-quddies fil-Katidral beda mill-4:15am u baqa’ sejjer sas-1:00pm. Nistgħu ngħidu li għal kull quddiesa l-Katidral kien ippakkjat bin-nies, anke għal Pontifikal il-Katidral kien mimli bin-nies sabiex jisimgħu l-Kelma tar-Ragħaj Spiritwali tagħna l-Eċċellenża Tiegħu Mons Isqof Mario Grech bis-sehem tal-Kapitlu Katidrali, l-Presbiterju Parrokkjali l-Patrijiet tal-Ordnijiet Reliġjużi. Waqt din il-quddiesa ġiet esegwita l-quddiesa Missa in Solemnitate Sanctaw Mariae Assumptae u Magnificat ta’ Joseph Sammut.

Read more...
 
Ittra Pastorali PDF Print E-mail
Aħbarijiet
Written by Uffiċċju Parrokkjali   
Saturday, 15 August 2009 08:47

Ikklikkja hawn sabiex taqra il-messaġġ ta' l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex fl-okkażżjoni tal-Festa ta' Santa Marija 2009.

 
<< Start < Prev 1 2 3 4 Next > End >>

Page 2 of 4