Mill-pinna ta' l-Arċipriet
Festa Santa Marija 2010 PDF Print E-mail
Mill-pinna ta' l-Arċipriet
Written by Uffiċċju Parrokkjali   
Wednesday, 11 August 2010 15:44

Għall-Komunità Parrokkjali tagħna, il-Komunità tal-Katidral, hija ħaġa ovvja u naturali li għandna lkoll ikollna devozzjoni u mħabba speċjali lejn Santa Marija. Hija ħaġa naturali li aħna bħala bnedmin u ulied, għandna nkunu konxji li Ommna għalina hija l-aqwa don li għandna.

Id-devozzjoni lejn il-Madonna tant hija ta’ valur kbir, li xi ħadd jista’ jaħseb li hija fanatiżmu reliġjuż, jew għall-kuntrarju għadda żmienha u jista’ jiġri wkoll li ħafna drabi ma napprezzawx biżżejjed din il-grazzja hekk prezzjuża!

Naħsbu ftit kieku fil-ħajja tagħna ġiet nieqsa l-esperjenza, ir-relazzjoni ma’ dik il-mara li hija ommna, il-ħajja tagħna kienet tkun l-istess? Tista’ timmaġina l-ħajja tiegħek mingħajr ommok? Mingħajr dik il-mara li tagħtek il-ħajja, li ħabbitek, għenitek fl-għażliet tiegħek, kienet ma’ ġenbek waqt it-tbatija u d-dwejjaq, qasmet miegħek il-ferħ, eċċ?

“Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej”

Kemm hija ħaġa sabiħa li tara, tagħraf u ssemmi t-tajjeb ta’ dak jew ta’ dawk li jgħixu madwarek! Jekk wieħed ikun pożittiv fil-ħajja, żgur li jgħix seren u kuntent, anke quddiem it-tbatija li l-ħajja umana dejjem tippreżentalna! Hekk trid tgħidilna Santa Marija, il-Patruna tagħna bl-ewwel kelma tal-kantiku tagħha, il-“Magnificat” : “Ruħi tfaħħar il-Kobor tal-Mulej”.

Dan il-vers huwa t-tema tal-festa ta’ din is-sena, għaliex nemmen li Alla l-Imbierek tana ħafna doni sbieħ, u mhux dejjem aħna kapaċi li niggustaw u napprezzaw DAK kollu li għandna jew li rċivejna minn għand il-Mulej!

 

  • Kemm minna nfaħħru lill-Mulej tal-ħajja u tal-fidi nisranija li llum inħaddnu?
  • Kemm minna nirringrazzjaw lill-Mulej Alla u naraw is-sabiħ li għandna fina nfusna u f’dak ta’ madwarna?
  • Kemm għandna għax nifirħu li aħna għandna lil Santa Marija bħala Patruna tal-Komunità Parrokkjali tagħna!

 

Nawgura lill-parruċċani kollha biex fi żmien il-festa meta ngħajtu "Viva Santa Marija!" il-qlub tagħna jkunu mimlija b’dak il-ferħ spiritwali li jwassalna biex naraw dejjem is-sabiħ li jeżisti madwarna u nkomplu nkabbru dik l-għaqda u l-imħabba li Ommna Santa Marija tixtieq minna.

Il-paċi magħkom.

Mons. Arċipriet

 
Messaġġ ta' l-Għid 2010 PDF Print E-mail
Mill-pinna ta' l-Arċipriet
Written by Arċipriet   
Friday, 02 April 2010 08:16

L-akbar problema li tbeżża’ lil kull bniedem hija l-mewt, u fl-istess ħin il-ħajja kollha hija ġlieda kontinwa kontra l-mewt. X’ma għamilx u x’ma jagħmilx il-bniedem biex itawwal b’siegħa waħda l-ħajja tiegħu? Iżda dejjem jibqa’ l-fatt li l-bniedem imut, u allura wieħed jistaqsi: x’sens fiha l-ħajja f’din id-dinja? Ir-risposta għal din id-domanda nsibuha ċara u tonda fil-Misteru tal-Għid; dan ovvjament għal min verament jemmen fi Kristu Rxoxt. Hawnhekk allura nsibu s-sens sħiħ tal-Għid il-Kbir.

Read more...
 
Il-Mixja tar-Randan PDF Print E-mail
Mill-pinna ta' l-Arċipriet
Written by Arċipriet   
Wednesday, 17 February 2010 16:21

Għeżież Parruċċani u ħbieb,

Il-ħajja ta’ kull bniedem hija mibnija b’ħaġa wara oħra, ġurnata wara oħra, għażla fuq għażla oħra, u nistgħu nkomplu hekk sal-infinit. Però dak kollu li jgħodd u li jiswa, huwa li l-bniedem isib is-sens ta’ kull ħaġa, ta’ kull għażla u ta’ kull mument. Aħna l-insara għandna vantaġġ fuq oħrajn għax il-Fidi tagħna hija mibnija fuq Ġesù Kristu, Rebbieħ fuq kull ħażen, dnub u mewt.

Read more...
 
Il-Milied it-Tajjeb PDF Print E-mail
Mill-pinna ta' l-Arċipriet
Written by Arċipriet   
Thursday, 24 December 2009 19:59

Ir-rakkont tat-Twelid ta’ Ġesù Bambin fl-għar ta’ Betlem, li nsibuh fil-Vangeli, huwa ghalina ta' taghlim sabih li qatt ma nistghu ninsewh. Insibu tant taghlim importanti ghal kulhadd.

Read more...
 
Żmien Liturġiku Qawwi: L-AVVENT PDF Print E-mail
Mill-pinna ta' l-Arċipriet
Written by Arċipriet   
Friday, 04 December 2009 22:49

Gheziez hbieb,

Il-paci maghkom!

Bdejna zmien sabih li jwassalna ghall-Festa tal-Milied. Nixtieq inwasslilkom xi hsibijiet qsar, bhala preparazzjoni spiritwali ghaz-zmien tal-Milied.

Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 Next > End >>

Page 1 of 2