Żmien Liturġiku Qawwi: L-AVVENT PDF Print E-mail
Mill-pinna ta' l-Arċipriet
Written by Arċipriet   
Friday, 04 December 2009 22:49

Gheziez hbieb,

Il-paci maghkom!

Bdejna zmien sabih li jwassalna ghall-Festa tal-Milied. Nixtieq inwasslilkom xi hsibijiet qsar, bhala preparazzjoni spiritwali ghaz-zmien tal-Milied.

Is-sena Liturgika, hu zmien li fih il-Knisja ticcelebra l-Misteru ta’ Kristu matul perijodu ta’ sena li jibda ghall-habta tal-ahhar ta’ Novembru. Din is-Sena Liturgika hija mqassma fi zmien qawwi (Avvent u Milied, Randan u Ghid) u fiz-zmien ta’ matul is-sena,(il-kumplament, l-iehor). Hemm ukoll il-festi tal-Madonna u tal-Qaddisin, skont il-kalendarju liturgiku.

Il-kelma Avvent tfisser “migja”, mill-kelma Latina “Adventus”, jigifieri, il-migja ta’ Gesù Kristu fid-dinja. Proprju f’dan iz-zmien ahna nippreparaw ghal wahda mill-ikbar festi tal-Knisja, il-Milied : dak il-misteru tal-fidi taghna, li nemmnu li Alla gie fostna f’sura ta' bniedem biex isalvana. Biex nghixu dan il-misteru hekk kbir, il-Knisja taghtina zmien ta’ preparazzjoni f’erba' gimghat ( imsejha l-Ewwel Hadd tal-Avvent, etc…) Din il-preparazzjoni m'hijiex biss ghall-festa tal-Milied, izda principalment tipprepara lilna, Insara, ghat-Tieni Migja ta’ Gesu' fl-ahhar taz-zminijiet, bil-Glorja u Maestà kollha Tieghu, meta s-salvazzjoni li gabilna Gesù fl-ewwel migja, issehh fis-shih u t-totalità taghha (i.e. il-kompiment totali).

Bejn dawn iz-zewg migjiet ta’ Gesù hemm ukoll migja ohra fi zminijietna, dik il-prezenza ta’ Kristu kemm fil-Liturgija tal-Knisja u kemm fil-fedeltà tal-kmandament tal-imhabba li hallielna Huwa stess fil-Vangelu Tieghu. Hija din il-migja, li ahna, bhala Komunità Parrokkjali, irridu nippruvaw, b’sens ta’ responsabbiltà nisranija, nghixu mill-ahjar li nistghu. Dan ikun atteggjament sabih ta’ STENNIJA ghall-Migja tal-Mulej. Il-Knisja mill-ewwel zmien kienet u ghadha tkanta u tghajjat “Maranatha” = “Ejja Mulej”. Ghalhekk, f’dan iz-zmien ta’ thejjija ghall-festi tal-Milied, ma nitilfux is-sens veru tal-Milied, i.e. l-ispiritwalità tat-Twelid tal-Bambin Gesù, is-Salvatur taghna:

  1. Ejjew niehdu sehem b’aktar attenzijoni fil-Quddies,
  2. Ejjew inkunu aktar strumenti ta’ ghaqda, ta’ ferh u ta’ mhabba bejnietna kemm fil-familja, fuq ix-xoghol u mal-proxxmu kollu li nilteqghu mieghu!

 

Nixtieq li kull min jaqra dawn il-hsibijiet, jipprova sincerament iwettaq mixja spiritwali u karitatevoli lejn dan il-Milied li gej.

Il-Bambin iberikkom.

Mons. Arċipriet