Il-Milied it-Tajjeb PDF Print E-mail
Mill-pinna ta' l-Arċipriet
Written by Arċipriet   
Thursday, 24 December 2009 19:59

Ir-rakkont tat-Twelid ta’ Ġesù Bambin fl-għar ta’ Betlem, li nsibuh fil-Vangeli, huwa ghalina ta' taghlim sabih li qatt ma nistghu ninsewh. Insibu tant taghlim importanti ghal kulhadd.

B’dawn il-hsibijiet nixtieq, minn qalbi, nawgura lill-Komunità parrokkjali kollha tal-Katidral, l-isbah xewqat għal dawn il-Festi.

Ir-rakkont tal-Vangelu jiddeskrivi, fl-ewwel parti tieghu, ic-censiment famuz u importanti li kien ghamel Cesari Augustu, biex juri lid-dinja kollha ta’ dak iz-zmien li huwa kien tant qawwi u potenti, li kien irid ikun meqjus bhala “divinita'”. bic-censiment ried juri li taht idejh hemm kull bniedem, u huwa, li kien fii-poter, kellu jiddomina kollox u lil kulhadd. Proprju f’dak il-mument storiku gie fostna Gesu' Kristu, il-Kelma ta’ Alla issir Bniedem, u jitwieled fid-dinja DAK li halaq kollox, u gie taht forma ta’ tarbija biex kulhadd ikun jista’ jiehdu f’idejh, f’qalbu u fl-istorija ta’ kull min irid isib il-verità u s-sens tal-hajja tieghu. X’ kontrast u x’taghlima ! Ahna nippretendu u rridu nahkmu fuq dawk ta’ madwarna, bl-egoizmu u bil-kattiverja etc… u Gesù, jithalla li jkun “mahkum” minna l-bnedmin, specjalment fis-sagrament tal-Ewkaristija. X’jiswielna li nkunu mimlija kburija u orgolju u mbghad, immorru nitqarbnu? Ejjew ilkoll nippruvaw inkunu umli fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna, biex Gesù jitwieled u jibqa' maghna dejjem…mhux biss f’dawn il-festi, izda s-sena kollha. Ejjew inkomplu nikbru lkoll ma’ xulxin bhala Komunità.

Fil-vangelu l-Angli jhabbru lill-Raghajja fl-eqqel tad-dlam tal-lejl, l-Ahbar it-tajba, li kien wasal il-Messija, u li dan setghu jarawh f’dan is-sinjal: tarbija mfisqija, imqieghda f’maxtura. Emmnu f’din ix-xandira, qamu u marru jaraw, marru jivverifikaw. Il-knisja dejjem kienet u tibqa' thabbar din l-ahbar it-tajba li Alla jhobb lill-bnedmin. Hawn deher fic-car li Alla huwa fidil ghall-weghda tieghu tas-salvazzjoni lill-umanita' kollha. u dan ghadha taghmlu bil-magisteru u bil-predikazzjoni taghha, specjalment fil-Kelma tal-Papa u tal-Isqfijiet taghna. Kemm minna nemmnu li f'gesu' nsibu l-ferh fil-qalb taghna u s-sens tal-essitenza taghna.

Ir-rakkont, jghidilna li r-raghajja marru jivverifikaw dan il-fatt, dan is-sinjal.Raw dan is-sinjal, “tarbija mfisqija f’maxtura” , qalbhom imtliet f’ferh kbir u marru lura ferhanin jirrakkuntaw DAK KOLLU li raw. Ghamlu din l-esperjenza hekk sabiha ghax emmnu f’dak li qalulhom l-Angli, u ma qaghdux jiddiskutu u anqas baqghu indifferenti, quddiem ahbar hekk sabiha. din l-ahbar, il-Knisja ghadha twassalha bil-Liturgija taghha sal-gurnata mqaddsa tal-lum, fost diversi ahbarijiet ohra fid-dinja tal-lum specjalment mill-medja.

J'alla kull wiehed u wahda minna f’dan il-Milied jaghmel verament l-esperjenza li jiltaqa' ma' Gesù, li jrid jerga' jitwieled fl-istorja semplici taghna. Inhallu l-Vangelu ta’ Gesu' jbiddlilna qalbna u hajjitna.

Nawgura tant sliem u serenità lill-Komunità Parrokkjali u li dawk kollha, specjalment l-Emigranti taghna fl-Awstralja, fl-Amerka, fil-kanada u fL-Ingilterra, u dawk kollha li f'dawn il-jiem jidhlu fil-Website taghna. Nixteqilhom minn qalbi Milied Qaddis u Sena gdida, 2010,mimlija risq u barka, Il-bambin Gesù iberikkom.

Mons. Arċipriet