Djarju ta' l-Isqof
Nhar is-Sibt 26 ta’ Novembru 2005, Mons. Mario Grech (stampa) ġie nominat bħala t-tmien Isqof t’ Għawdex mill-Papa Benedittu XVI. Il-Konsagrazzjoni u l-Ingress ta’ l-Isqof Mons. Mario Grech saru fil-Katidral ta’ Għawdex, il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2006. Mons. Mario Grech ġie kkonsagrat Isqof mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Isqof Nikol Ġ. Cauchi, assistit mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof ta’ Malta, u l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Felix del Blanco Prieto, Nunzju Apostoliku ta’ Malta. Għal iktar informazzjoni, idħol fis-sit tad-Djoċesi t'Għawdex - www.gozodiocese.org.
|
|
|


