site_logo_2

 

 

 

sitemap • copyright • privacy policy •disclaimer • design

Dibattitu b’Differenza

iiiiiiii x’aħna dibattitu_posterbombastiċi, dan x’inhu ġej? Ismagħha ta’: Dibattitu b’Differenza. Xejn ta’ barra minn hawn. Iż-żgħażagħ KOLLHA tal-parroċċa huma mistiedna biex jipparteċipaw b’mod sħiħ matul laqgħa dwar l-Eżorċiżmu mmexxija mill-eżorċista u Kappillan tal-ħabs Fr. Franco Fenech. Dan id-dibattitu ser iseħħ waqt il-programm ta’ Xarabank, iżda minflok Peppi Azzopardi ħa jkollna lill-Arċipriet Mons. Ġużepp Attard, mhux xorta jew? Ara ħa nagħmilha ċara ma jmurx ikun min minnkom iċempel 21249200. Din il-laqgħa sejra sseħħ ġewwa wieħed mill-flats tal-Kurja, eżattament fil-villeġjatura ta’ Marsalforn nhar it-2 ta’ Jannar fit-8 ta’ filgħaxija. Id-dibattitu ħa idum għaddej għal madwar sagħtejn, imbagħad għal min irid u nerġa’ nenfasizza għal min irid biss ħa nqattgħu illejla flimkien: nsajru, nieklu, “norqdu” u ninfirdu minn ma’ xulxin l-għada filgħodu fit-tmienja. Ovvjament kollox sejjer iseħħ taħt id-direzzjoni tal-Arċipriet Mons. Ġużepp Attard u ta’ seminarista. Dak kollox, għax qaluli biex kemm jista’ jkun inżomm fil-qosor. Niltaqgħu :)

Francesco Grech

 

N.B: Għal dawk iż-żgħażagħ (16-il sena’il fuq) li jixtiequ jipparteċipaw ikellmu lill-Arċipriet jew inkella permezz ta’ Facebook jidħlu fil-Grupp Żgħażagħ tal-Katidral mill-aktar fis possibli.