Login Form






Tlift il-Password?
Bla account? Irregistra

Verse of The Day

“ Therefore, prepare your minds for action; be self-controlled; set your hope fully on the grace to be given you when Jesus Christ is revealed.” (1 Peter 1:13)  listen to chapter  (Read by Max McLean. Provided by The Listener's Audio Bible.)

Powered by BibleGateway.com... [More]

Syndicate

Home
Nilqgħuk fis-sit il-ġdid tagħna
Il-Vġili tal-Milied u Nhar il-Milied
News & Events
il-Ħamis, 25 Diċembru 2008

It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk: Ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi li kien raġel ġust u li ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Wara li qatagħha li jagħmel hekk, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, la tibżax tilqa’ għandek lil Marija b’martek, għax dak li tnissel fiha ġie bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu. Hi jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.”

Dan kollu gara biex iseħħ li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal: “Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuħ ‘Għimmanu-El’, li bi lsienna jfisser ‘Alla Magħna'”.

Aqra aktar...
 
Novena tal-Milied
News & Events
it-Tlieta, 23 Diċembru 2008

Bejn il-15 u 23 ta’ Diċembru 2008 fil-Parroċċa tal-Katidral ġew iċċelebrati l-jiem għeżież tan-novena fejn it-tfal tal-komunità parrokkjali tagħna ħejjew irwieħom sabiex jiċċelebraw it-tieni miġja tal-Mulej.

Aqra aktar...
 
Lectio Divina 9
Lectio Divina
it-Tlieta, 16 Diċembru 2008

Script

 
Novena 2008
News & Events
il-Ġimgħa, 12 Diċembru 2008
Ikklikja hawn sabiex tara l-programm tan-Novena 2008 fil-parroċċa matul żmien l-Avvent 2008 bl-Adobe Acrobat Reader ġewwa window ġdida.
 
Rit ta’ l-Ammissjoni
News & Events
is-Sibt, 15 Novembru 2008

Il-Parroċċa tal-Katidral tifraħ
lis-Seminarista tagħha John Mejlaq

Il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2008, L-E.T. Mons Mario Grech, ser imexxi r-Rit ta’ l-Ammissjoni ta’ ħames seminaristi tad-Djoċesi tagħna fosthom is-seminarista tal-Parroċċa tagħna John Mejlaq. Dan huwa pass ieħor importanti fil-mixja lejn is-saċerdozju. Din iċ-ċelebrazzjoni tkun fil-Parroċċa ta’ Kristu Ewkaristiku Salvatur - Għasri, fil-5:00pm. Nistednukom sabiex f’dawn il-ġranet titolbu għas-Sem John Mejlaq f’dan il-mument speċjali fil-mixja tal-formazzjoni lejn is-saċerdozju. Nifirħu wkoll lill-ġenituri tiegħu Publius u Tarċisja, flimkien ma’ ħutu u qrabatu.

Aqra aktar...
 

Għażel il-Lingwa

Min qed iżur is-sit

santa_marija_4.jpg
 61 % Malta
 11 % United States
 5 % Lithuania
 4 % Australia
 3 % United Kingdom
 2 % Italy
 2 % Canada
 < 1.0 % Qatar
 < 1.0 % Germany
 < 1.0 % Netherlands
20786 żjara minn 115 pajjiż
©2008 - Gozo Cathedral
Created by Joseph Vincent Refalo