Mixja ta’ Fidi mir-Randan sal-Għid il-Kbir 2012
L-Erbgħa 22 ta Frar
L-ERBGĦA TAL-IRMIED - Bidu tar-Randan
Illum hemm l-obbligu tas-Sawm u l-Astinenza
Fis-6.00 pm L-E.T. Mons. Isqof Mario Grech imexxi Konċelebrazzjoni Pontifikali, bit-tberik u t-tqegħid tal-irmied, flimkien mar-Rev.mu Kapitlu tal-Katidral. Jieħu sehem il-Chorus Ecclesiae Cathedralis.
Fis-7.15 pm Quddiesa.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Frar
Fis-5.30 pm Meditazzjoni tal-Via Sagra fil-Katidral immexxija mill-Arċipriet Mons. Ġużepp Attard.
Il-Ħadd 26 ta’ Frar
L-EWWEL ĦADD TAR-RANDAN
Fis-6.00 pm Quddiesa bl-omelija tar-Randan mill-Kwareżimalista Dun Gorg Mercieca. Jieħu sehem il-Chorus Ecclesiae Cathedralis..
Fis-7.15 pm Quddiesa - janima l-kant Mario Caruana.
N.B. Il-ġenituri tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma tal-Isqof huma partikolarment mistiedna matul il-Ħdud tar-Randan għall-Quddiesa tal-Familja fl-10.30am bi preparazzjoni għal dawn is-sagramenti.
Il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu
Fis-6.30 pm Meditazzjoni tal-Via Sagra fil-Katidral immexxija mill-Arcidjaknu Mons. Giovanni B. Gauci
Mid-9.00 am – 11.30 am Nofstanhar Irtir għall-istudenti li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fl-annexe tal-Katidral. Imexxi l-Vigarju Parrokkjali Fr. Michael Galea
Il- Ħadd 4 ta’ Marzu
IT-TIENI ĦADD TAR-RANDAN
Fl-10.30 am Quddiesa tal-Familja u Tfal
Fis-6.00 pm Quddiesa bl-omelija tar-Randan mill-Kwareżimalista Dun Gorg Mercieca. Jieħu sehem il-Chorus Ecclesiae Cathedralis..
Fis-7.15 pm Quddiesa - janima l-kant Mario Caruana.
Mit-Tnejn, 5 sal-Ġimgħa 9 ta’ Marzu
EŻERĊIZZI SPIRITWALI GĦAL KULĦADD
Fil-5.15 pm Eżerċizzi Spiritwali għal Kulħadd minn Dun Dione Cutajar
EŻERĊIZZI SPIRITWALI GĦALL-MIŻŻEWĠIN
Fit-7.45 pm Eżerċizzi Spiritwali għall-miżżewġin minn Dun Dione Cutajar
Ġimgħa 9 ta ‘ Marzu:
GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ ‘Veglia alle stelle” Mixja bil-lejl b’waqfat ta’ talb fi knejjes tal-kampanja Ghawdxija. Imexxi Mons Arcipriet G. Attard.
Il-Ħadd 11 ta’ Marzu
IT-TIELET ĦADD TAR-RANDAN
Fl-10.30 am Quddiesa tal-Familja u Tfal
Fis-6.00 pm Quddiesa bl-omelija tar-Randan mill-Kwareżimalista Dun Gorg Mercieca. Jieħu sehem il-Chorus Ecclesiae Cathedralis.
Fis-7.15 pm Quddiesa - janima l-kant Mario Caruana.
IL-Ħamis 15 ta’ Marzu
Fis-5.00 pm Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Qrara lit-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Mistiedna ukoll il-ġenituri kollha.
Il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu
Fis-6.30 pm Meditazzjoni tal-Via Sagra fil-Katidral immexxija minn Fr. Joseph Calleja.
Is-Sibt 17 ta’ Marzu
Mid-9.00am – 11.30am. Nofstanhar Irtir għall-istudenti li ser jirċievu s-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina mill-Vigarju Parrokkjali Fr. Michael Galea.
Il-Ħadd 18 t’ Marzu
IR-RABA’ ĦADD TAR-RANDAN
Fl-10.30 am Quddiesa tal-Familja u Tfal
Fis-6.00 pm Quddiesa bl-omelija tar-Randan mill-Kwareżimalista Dun Gorg Mercieca Jieħu sehem il-Chorus Ecclesiae Cathedralis.
Fis-7.15 pm Quddiesa - janima l-kant Mario Caruana.
It-Tnejn, 19 ta’ Marzu
Fis-1.00 pm Quddiesa fil-Knisja ta’ San Ġużepp fiċ-Ċittadella.
Fis-6.00 pm Ċelebrazzjoni Pontifikali fis-Sollennità ta’ San Ġużepp
Il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu
Fis-6.30 pm Meditazzjoni tal-Via Sagra fil-Katidral immexxija minn Fr. Michael Gala
Sibt 24 ta’ Marzu
Irtir tar-Randan tal-Grupp tal-Vokazzjonijiet
Il-Ħadd 25 Marzu
IL-ĦAMES ĦADD TAR-RANDAN
Fl-10.30 am Quddiesa tal-Familja u Tfal
Fis-6.00 pm Quddiesa bl-omelija tar-Randan mill-Kwareżimalista Dun Gorg Mercieca Jieħu sehem il-Chorus Ecclesiae Cathedralis..
Fis-7.15 pm Quddiesa - janima l-kant Mario Caruana.
Via Sagra Djoċesana mmexxija mill-Eċċellenza Tiegħu Mons. Isqof Mario Grech, fuq l-Għolja t’Għammar. Fis-6.15 pm trasport minn Pjazza Savina.
EZERCIZZI SPIRITWALI GĦALL-ANZJANI - Mit-Tnejn 26 sal-Ġimgħa 30 ta’ Marzu
Fid-9.00 am minn Mons. Renato Borg, fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Katidral u wara tiġi ċċelebrata quddiesa.
EZERCIZZI SPIRITWALI GĦAT-TFAL - Mit-Tnejn 26 sal-Ħamis 29 ta’ Marzu
Fil-5.30 pm mid-Dun Charles Sultana b’animazzjoni speċjali u fis-6.00 pm tkompli ċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija. Janimaw il-kant il-grupp tal-istudenti.
N.B. Is-servizz tal-minibus ikun provdut fil-5.00 pm għal dawk li jkollhom bżonn… (informazjoni lill Uff. Parrokkjali.) Matul din il-ġimgħa, it-tfal tal-parroċċa ma jkollhomx duttrina sabiex ikunu jistgħu jattendu għall-eżerċizzi.
.
Il-Ġimgħa 30 ta’ Marzu
JUM ID-DULURI TAL-VERĠNI MARIJA
F’dan il-jum il-Quddies fil-Knisja Katidrali jiġi ċċelebrat f’dawn il-ħinijiet:
4.45 am, 5.30 am, 6.15 am, 7.00 am, 7.30 am, 8.00am, 9.30 am (Ċentru Parrokkjali), 6.00 pm u 8.00 pm.
Fis-6.30 pm Quddiesa fi Pjazza Indipendenza mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech u wara, Purċissjoni Penitenzjarja bl-istatwa devota ta’ Marija Addolorata mat-toroq tal-Belt Victoria.
Il-Ħadd 1 t’April
ĦADD IL-PALM
Fl-10.00 am Tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ, qari tal-Vanġelu u purċissjoni mit-Telgħa tal-Kastell lejn il-Katidral.
Fl-10:30 am Wara Konċelebrazzjoni Pontifikali mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech flimkien mar-Rev.mu Kapitlu tal-Katidral u bis-sehem tal-Chorus Ecclesiae Cathedralis.. Mistiedna għal din iċ-ċelebrazzjoni t-tfal tal-parroċċa li jiffrekwentaw ċ-ċentri tad-duttrina fir-Rabat, flimkien mal-ġenituri tagħhom.
5.00 pm Quddiesa. Ma jkunx hawn quddies tas- 6.00 pm u tas-7.15 pm !
Fis-6.00 pm Ħruġ tal-Purċissjoni tal-Passjoni mill-Knisja Katidrali bis-sehem tar-Rev.mu Kapitlu u tal-Banda Ċittadina ‘Leone’., flimkien mal-Banda tal-Fgura Scouts Group (Malta)
It-Tlieta 3 t’April - JUM IR-RIKONĊILJAZZJONI
Bejn il-5.00 pm u s-8.00 pm ikollna servizz ta’ qrar bi tħejjija għat-Tridu Mqaddes tal-Għid. Ikun hemm Konfessuri barranin.
8.00 pm - VELJA TA’ TALB TAL-PASSJONI TA’ KRISTU, fil-Pjazza tal-Katidral:
Talb
Kant
Riflessjoni spiritwali quddiem il-vari tal-Ġimgħa l-Kbira
Aux flambeaux, eċċ….
Il-Komunità kollha hija mistiedna għal dan il-mument ta’ spiritwalità. Dawk kollha li ser jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgha l-Kbira huma partikolarment imħeġġin li jieħdu sehem. Ikun hemm siġġijiet għal kulħadd.
L-Erbgħa 4 t’April
Fil-5.00 pm Mons. Arċipriet imexxi ċelebrazzjoni kateketika għat-tfal kollha tal-parroċċa li fiha jiġi spjegat it-Tridu Mqaddes tal-Għid u jsir il-Ħasil tar-Riġlejn tal-Appostli. Wara, Mons. Arċipriet ibierek il-Mejda tal-Appostli fil-Kappella ta’ Santa Barbara, organizzata mill-Grupp tal-Vokazzjonijiet u l-Abbatini tal-Katidral. Din il-wirja tibqa’ miftuħa sa nhar il-Ġimgħa l-Kbira.
Il-Ħamis 5 t’April - ĦAMIS IX-XIRKA
Fit-8.30 am Reċita bil-Malti tal-Uffiċċju tal-Qari, t-Tifhir ta’ Sbiħ il-Jum u t-Talb ta’ Nofs il-Jum.
Fid-9.00 am Konċelebrazzjoni tat-Tberik taż-Żjut mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech flimkien mas-Saċerdoti kollha tad-Djoċesi ta’ Għawdex. Fi tmiem il-Quddiesa l-Isqof jagħti l-Barka Appostolika bir-rebħ tal-Indulġenza Plenarja. Jieħu sehem il-Chorus Ecclesiae Cathedralis..
Fis-6.30 pm Konċelebrazzjoni Pontifikali tal-Ikla tal-Mulej mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech flimkien mar-Rev.mu Kapitlu tal-Katidral bis-sehem tal-Chorus Ecclesiae Cathedralis.
It-6 t’April - IL-ĠIMGĦA L-KBIRA
Illum hemm l-obbligu tas-Sawm u l-Astinenza
Fl-4.00 pm L-E.T. Mons. Isqof Mario Grech flimkien mar-Rev.mu Kapitlu tal-Katidral imexxi l-Funzjoni tat-Tifkira tal-Mewt tal-Mulej. Jieħu sehem il-Chorus Ecclesiae Cathedralis.
Is-Sibt 7t’April
SIBT IL-GĦID – L-Akbar Ċelebrazzjoni tas-Sena
Fit-8.00 pm L-E.T. Mons. Isqof Mario Grech flimkien mar-Rev.mu Kapitlu jmexxi l-Funzjoni tal-Vġili l-Kbira tal-Għid bis-sehem tal-Chorus Ecclesiae Cathedralis.
Il-Ħadd 8 t’April
L-GĦID IL-KBIR
Fl-10.00 am Quddiesa tal-Familja mmexxija mill-Arċipriet Mons. Ġużepp Attard. Wara l-quddiesa jitqassmu l-Figolli tal-Għid lit-tfal kollha preżenti. Jieħu sehem il-Cathedral Youth Choir.
Fil-10.45 am Manifestazzjoni bl-istatwa tal-Irxoxt li toħroġ mill-Knisja Katidrali. Tieħu sehem il-Banda Ċittadina Leone.
Fis-6.00 pm Konċelebrazzjoni Pontifikali tal-Għid il-Kbir immexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech bis-sehem tar-Rev.mu Kapitlu tal-Katidral. Jieħu sehem il-Chorus Ecclesiae Cathedralis.
Fis-7.30 Quddiesa
It-Tlieta 10 t’April
Jibda t-Tberik tal-Familji.
Il-Chorus Ecclesiae Cathedralis ikun taħt id-direzzjoni tal-Maestro di Cappella Colin Attard.
The Cathedral Youth Choir ikun taħt id-direzzjoni ta’ Matthew Sultana.
