site_logo_2

 

 

 

sitemap • copyright • privacy policy •disclaimer • design

Privatezza

Nixtiequ nirringrazzjawkom talli żortu s-sit tagħna www.gozocathedral.org.mt

1.0 Ħarsien tal-Privatezza

Aħna impenjati lejn il-protezzjoni tal-privatezza tal-viżitaturi tagħna u ma niġbru ebda informazzjoni personali dwarkom sakemm intom ma tipprovduhilniex volontarjament. Kwalunkwe informazzjoni personali li intom tikkomunikaw lilna tinżamm għand il-gozocathedral.org.mt innifsu skond l-att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.

2.0 L-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001

L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 għadda fl-14 ta' Diċembru 2001 u ġie fis-seħħ fil-15 ta' Lulju 2003. Għalhekk għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe informazzjoni personali li niġbru mingħandkom u dan id-dmir nirrispettawh. Nieħdu s-salvagwardji kollha neċessarji biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji miġbura mingħandkom bħala viżitaturi, lil xi terza parti sakemm intom ma tagħtuniex il-kunsens tagħkom.

3.0 Informazzjoni Miġbura

Bħala viżitatur, niġbru tliet tipi ta' nformazzjoni dwarek:

  • Informazzjoni dwar kuntatt jew feedback
  • Informazzjoni dwar reġistrazzjoni fl-online community
  • Informazzjoni dwar id-download tal-webpage
  • Informazzjoni dwar l-użu tas-Sit

3.1 Il-Kuntatt jew il-Feedback

Meta timla l-formola dwar il-paġna ta' "IKKUNTATTJANA" jew "KUMMENTI", aħna nużaw l-informazzjoni personali sottomessa fil-formola biss biex nirrispondu għall-messaġġ tiegħek. Din l-informazzjoni personali ma tinżammx iktar milli neċessarju u titħassar la darba l-ħtieġa tal-feedback tintlaħaq.

3.2 Informazzjoni dwar id-Download

Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna awtomatikament niġbru u naħżnu l-informazzjoni li ġejja, li m’hijiex personali:

  • Il-webpage jew download mitluba
  • Jekk it-talba kinitx ta' suċċess jew le
  • Id-data u l-ħin meta int għamilt aċċess għas-sit
  • L-indirizz ta' l-Internet tal-website jew l-isem tad-dominju tal-kompjuter li minnu int għamilt aċċess għas-sit
  • Is-sistema ta' operazzjoni tal-magna li qed tmexxi l-web browser tiegħek u t-tip u l-verżjoni tal-web browser tiegħek

Jekk jogħġbok innota li din l-informazzjoni hija strettament biss għall-użu ta' gozocathedral.org.mt u m’hix maqsuma, mikrija, jew mibjugħa fi kwalunkwe mod lil xi organizzazzjoni oħra.

3.3 L-użu ta' l-Informazzjoni mis-Sit

Gozocathedral.org.mt jikkreja "cookies" għal kull sessjoni meta inti żżur il-website tagħna. Dawn il-cookies jaħżnu informazzjoni li hi mibgħuta lill-browser tiegħek - flimkien ma' web page - meta inti tagħmel aċċess għall-web page. Il-browser tiegħek jirritorna l-informazzjoni dwar il-cookie biss lid-dominju li minnu l-cookie oriġina, jiġifieri www.gozocathedral.org.mt u ebda website ieħor ma jista' jitlob din l-informazzjoni. Meta inti tirritorna għal www.gozocathedral.org.mt, il-cookie jerġa' jintbgħat lill-web server, flimkien mat-talba l-ġdida tiegħek.

4.0 Links għal Web Sites oħrajn

Is-Sit tagħna għandu numru ta’ links għal organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali oħrajn. Hemm xi każijiet, għall-benefiċċju tal-viżitatur, fejn jista' jkun meħtieġ li aħna noħolqu link għal websites oħrajn ta' organizzazzjonijiet oħrajn wara li jinġieb permess mingħandhom rispettivament. Huwa importanti għalik li tinnota li malli tagħmel link għal sit ieħor, inti m'għadekx fis-sit tagħna u ssir soġġett għall-politika privata tas-sit il-ġdid.

5.0 Aċċess għall-Informazzjoni tiegħek

Inti tista' titlobna fi kwalunkwe ħin liema informazzjoni dwarek hija effettivament miżmuma, jekk hemm, f'dak il-ħin partikolari. Inti għandek id-dritt li xi affarijiet dwarek li m’humiex eżatti jiġu kkoreġuti u meta applikabbli mħassra, jekk ma jkunux diġa' mħassra.

6.0 Bidliet għal din il-Politika tal-Privatezza

Jekk ikun hemm xi bidliet għal din il-Politika tal-Privatezza, aħna nissostitiwxxu din il-paġna b'verżjoni aġġornata. Huwa għalhekk fl-interess tiegħek stess li tiċċekkja l-paġna tal-"Politika tal-Privatezza" kull meta tagħmel aċċess għall-website tagħna sabiex tkun konxju ta' xi tibdiliet li jistgħu iseħħu minn żmien għal żmien.

Marzu 2008
Għawdex, Malta